Thursday 16 August 2012

Some More Poems

listen

listen
for the heartbeat
of the earth
beating

listen
for the dewdrops
from the leaves
falling

listen
to the teardrops
from my eyes
aching

listen
for love emotions
from my heart
created

listen
listen to the earth
listen to my breath
recreating



the path

go along the paths
enjoy the freedom
smile to friends and foes
you are what you are
scribble the words
and speak your heart
for your heart speaks
and hugs
and re-joys
and endevours
the pains of darkness
the woes of forgiveness
the immense measures
that collect the tears
that break the heart
that reveals the truth
that threspass the unknown
that believes in the myth
and survives

I know who I am
And that I have a god within






 pains


the crucifix
is the sign of pain
you chose to sustain
the big smile
is the life you regain
when you conquer the pain
sofia the beauty queen
of wisdom
had a vision that was seen
by the few
by the chosen dupes
I have built sandcastles
on the dunes
I have cheated the waves
I collected the grains
to sow them the next year
my crucifix
is the darkness and void
that remains
when I am not
when the end is the god
of eternal madness

Il-Ktieb(The Book)


L-istorja tal-ktieb toħodna lura sekli sħaħ. Sekli li fihom il-bniedem ħabbel moħħu biex jara fejn u kif jista’ jirreġistra ħsibijietu u hekk ikollu xhieda ta’ dak li kellu xi jgħid jew jagħmel. Il-ktieb sar il-passatemp ewlieni għal ħafna nies. Passatemp għall-kittieb u l-qarrejja u, xogħol għall-istampaturi u l-pubblikaturi. Il-ktieb sar ukoll mezz ta’ komunikazzjoni sabiex l-awturi jwasslu l-ġrajjiet ta’ pajjiżhom lil ġnus oħra li aktarx kienu jgħixu ħajja differenti minn tagħhom. F’pajjiżi kbar u għal ilsna partikulari l-ktieb sar ukoll industrija.

L-istorja tal-ktieb f’pajjiżna hija waħda antika li fiha nġabru l-għemejjel u x-xogħlijiet ta’ bosta awturi u riċerkaturi ta’ ġrajjietna. Iżda sfortunatament iċ-ċirkulazzjoni tal-ktieb f’pajjiżna, aktar u aktar bl-ilsien Malti dejjem baqgħet waħda limitata. Kellha tkun l-inizjattiva tal-kittieba u l-pubblikaturi li minn żmien għal żmien taw l-injezzjoni meħtieġ biex żammew il-ktieb ħaj. U magħhom, naturalment il-qarrejja li mimlija ħeġġa dejjem sabu l-aħjar mogħdija taż-żmien fil-qari.

Fl-aħħar snin tperrċu ħafna ideat dwar il-futur tal-ktieb. Bl-avvanz fit-teknoloġija bosta bassru li l-ktieb kien se jispiċċa għax in-nies kellha titħajjar iddur lejn il-kitba u l-qari mill-mezzi teknoloġiċi aktar u aktar mat-twelid tal-internet. Kienet rivoluzzjoni qawwija li riegħdet is-sisien tas-sistema tradizzjonali kif konna nafuha għal għexieren kbar ta’ snin. Kienet biċċa uġigħ ta’ ras ġdida għall-awturi u l-pubblikaturi li bdew ifittxu kull mezz attraenti sabiex bih iżomm l-ktieb fil-wiċċ.

Illum nistgħu ngħidu li l-ktieb għadda minn dan il-maltemp b’wiċċ il-ġid. Rebaħ fuq il-ħalel u l-irwiefen u għadda ’l quddiem. Dan għaliex il-bniedem fehem li l-kelma miktuba u maħżuna fuq l-ixkafef tal-librerija hija l-aqwa mezz u l-aktar wieħed realistiku.

Illum il-pubblikazzjonijiet żdiedu anke fil-gżejjer tagħna. Bħal f’kull żmien ieħor insibu kotba li jagħmlu sens u tħoss li għandek tixrihom u żżommhom għaliex jibqgħu jgħoddu bħala kotba ta’ referenza. Proċess li wasalna għalih grazzi għall-inizjattiva u d-dedikazzjoni ta’ bosta awturi Maltin u Għawdxin – li mingħajr ma fittxew l-interessi personali għamlu l-istudju u t-tiftix biex ħarġu kotba ta’ livell f’kull qasam. Ma rridux ninsew ukoll lil dawk il-ħafna li ppubblikaw kotba mmirati għall-iskejjel, kotba akkademiċi kif ukoll dizzjunarji. L-ammont ta’ ħin għal xogħol bħal dan m’hemm l-ebda ħlas għalih!

Għalhekk, minn din il-paġna, filwaqt li nissuktaw nagħmlu kuraġġ lil dawk l-awturi li jiddedikaw parti sew minn ħinhom għal dan ix-xogħol, nappellaw lill-poplu tagħna biex japprezza x-xogħol ta’ valur kbir li qed jistagħna l-letteratura u l-istorja ta’ pajjiżna.  Dawn huma awturi li għandna nħossuna kburin bihom. Dawn huma kotba li jagħmlulna ġieħ u jkattru l-għerf u t-tiftix tal-awtur fil-paġni ta’ bejn il-qoxra tal-ktieb. Għalhekk, minn hawn irridu nħeġġu lill-qarrejja ta’ dawn il-gżejjer biex minn żmien għal żmien jersqu lejn il-libreriji ħalli minn hemm jiġbru u jdommu l-ħidma sfiqa tal-awturi Maltin u Għawdxin.

Nota:  Għajjejt nidħol fi ħwienet u mmur f’restoranti u meta nitkellem bil-Malti jgħiduli biex nitkellem bl-Ingliż.  Tgħid se nispiċċa stranġier f’pajjiżi?